Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Awwissu 2010 - De Britto Patricio-Dias vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-66/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jorge De Britto Patricio-Dias (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Massaux, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrent li jirrigwarda l-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2008 inkwantu kklassifikah fil-livell ta' prestazzjoni III u assenjalu żewġ punti ta' promozzjoni.

It-talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra Nru R/98/10, tat-12 ta' Mejju 2010, u sa fejn meħtieġ, ir-rapport tal-iżvilupp tal-karriera li jkopri l-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2008;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas is-somma evalwata ex aequo et bono għal EUR 25 000

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________