Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta' Ġunju 2007 - Wiedmann vs Il-Parlament

(Kawża F-57/07)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Thomas Wiedmann (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra tas-26 ta' Ġunju 2006 li nnominat lir-rikorrent bħala uffiċjal tal-Komunitajiet Ewropej, sa fejn tistabbilixxi il-klassifikazzjoni tiegħu fil-grad AD6, skala 1;

tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

In sostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motivi simili ħafna għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża F-12/061.

____________

1 - ĠUUE C 86 tat-8.4.2006, p. 48.