Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-14 ta' Ottubru 2010 - W vs Il-Kummissjoni
"Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - Koppja ta' persuni tal-istess sess - Allowance tad-dar - Kundizzjonijiet għall-għoti - Aċċess għaż-żwieġ ċivili - Kunċett - Artikolu 1(2)(ċ)(iv) tal-Anness VII tar-Regolament tal-Persunal"
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: W (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)
Suġġett tal-kawża
It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma tingħatax lir-rikorrent l-allowance tad-dar peress li r-rikorrent u s-sieħeb tiegħu kellhom aċċess għaż-żwieġ ċivili fil-Belġju.
Dispożittiv tas-sentenza
Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-5 ta' Marzu 2009 u tas-17 ta' Lulju 2009, li rrifjutaw lil W l-allowance tad-dar previst fl-Artikolu 1 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, huma annullati.
Il-Kummissjoni Ewropea tbati l-ispejjeż kollha.
____________1 - ĠU C 11, 16.01.2010, p. 40.