Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Korneuburg (l-Awstrija) fit-3 ta’ Settembru 2019 – FP Passenger Service vs Austrian Airlines AG

(Kawża C-654/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Korneuburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: FP Passenger Service

Konvenuta: Austrian Airlines AG

Domanda preliminari

L-Artikoli 5, 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 1 , għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fid-dawl tas-sentenza tal-4 ta’ Settembru 2014, Germanwings (C-452/13, EU:C:2014:2141) li tgħid li l-mument tal-ftuħ tal-bibien għandu jitqies bħala determinanti għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-dewmien, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni d-differenza bejn il-ħin reali tal-ftuħ tal-bibien u l-ħin tal-wasla prevista jew inkella d-differenza bejn il-ħin reali tal-ftuħ tal-bibien u l-ħin preżunt tal-ftuħ tal-bibien kieku t-titjira waslet fil-ħin previst?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7 Vol. 8 p. 10.