Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Frar 2012 – AT vs EACEA

(Kawża F-113/10) 1

(Servizz pubbliku – Membru tal-persunal temporanju – Rapport ta’ evalwazzjoni – Deċiżjoni li tkun saret definittiva – Terminu għall-preżentata tar-rikors – Dewmien – Terminazzjoni minn qabel ta’ kuntratt għal żmien determinat minħabba inkompetenza professjonali – Stħarriġ ġudizzjarju – Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: AT (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: EACEA (rappreżentanti: F. Couplan u D. Homann, aġenti, B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

L-ewwel nett, talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera tar-rikorrent għall-perijodu mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru 2008, it-tieni nett, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità Responsabbli għall-Konklużjoni tal-Kuntratti tal-Impjieg, li tittermina minn qabel il-kuntratt tax-xogħol għal żmien determinat tar-rikorrent u, it-tielet nett, it-talbiet għall-ħlas tad-dannu subit.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

AT għandha tbati l-ispejjeż kollha

____________

1 ĠU C 72, 05.03.2011, p. 35