Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta' Settembru 2009 - Schlienger vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-79/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Marc Schlienger (Muchamiel, Spanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-15 ta' Diċembru 2008, li waslet fis-16 ta' Jannar 2009, li tiċħad it-talba tar-rikorrent għar-rikonoxximent bħala marda minn fuq il-post tax-xogħol fis-sens tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-kundizzjoni li jbati minnha u, min-naħa l-oħra, sa fejn hu meħtieġ talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-11 ta' Ġunju 2009 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent.

Talba ta' EUR 12 000 bħala kumpens għad-danni morali subiti.

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-15 ta' Diċembru 2008, li waslet fis-16 ta' Jannar 2009, li tiċħad it-talba tiegħu għar-rikonoxximent bħala marda minn fuq il-post tax-xogħol fis-sens tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-kundizzjoni li jbati minnha;

Sa fejn hu meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-11 ta' Ġunju 2009 li tiċħad l-ilment;

Tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tas-somma ta' EUR 12 000 bħala kumpens għad-danni morali;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

____________