Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2014 – CZ vs ESMA

(Kawża F-80/13) 1

(Servizz pubbliku – Reklutaġġ – Membri tal-persunal temporanju – Proroga tal-perijodu ta’ prova – Tkeċċija fl-aħħar tal-perijodu ta’ prova)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CZ (rappreżentanti: O. Kress u S. Bassis, avukati)

Konvenuta: Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) (rappreżentanti: R. Vasileva, aġent, assistita minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tipproroga l-perijodu ta’ prova tar-rikorrent u tad-deċiżjoni sussegwenti li jiġi mkeċċi u min-naħa l-oħra, talba għal kumpens għad-danni allegatament subiti.Dispożittiv Ir-rikors huwa miċħud.L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkunndannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn CZ.