Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-137/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni

Suġġett

Anullament tad-deċiżjoni tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tad-29 ta’ Jannar 2014, li ttemm ir-relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat li jorbtu mar-rikorrent u talba għal kumpens għad-danni morali u immaterjali kkawżati lir-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tas-SEAE kkomunikata lir-rikorrent permezz ta’ ittra tas-SEAE tad-29 ta’ Jannar 2014, li skont din ir-relazzjoni ta’ xogħol li torbtu mar-rikorrent kienet ser tintemm fil-31 ta’ Awwissu 2014 f’nofsillejl bl-applikazzjoni ta’ terminu ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg ta’ 7 xhur,

jikkundanna lis-SEAE jħallas lir-rikorrent kumpens għal ammont xieraq, li jħalli fl-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali, bħala kumpens għad-dannu morali u immaterjali li huwa ssubixxa minħabba d-deċiżjoni tas-SEAE msemmija fl-ewwel punt tat-talbiet,

jikkundanna lis-SEAE jikkumpensa d-dannu materjali kollu subit mir-rikorrent, b’mod partikolari billi jipproċedi bil-ħlas tal-arretrati ta’ salarji kollha u bir-rimbors tal-ispejjeż kollha sostnuti mir-rikorrent minħabba l-aġir illegali tas-SEAE (bi tnaqqis tal-allowances tal-qgħad li huwa rċieva jew, fejn ikun il-każ, dħul imwettaq permezz tal-użu tal-ħidma tiegħu).sussidjarjament, fil-każ fejn, minħabba raġunijiet ta’ fatt jew ta’ dritt, ir-rikorrent ma jiġix integrat mill-ġdid fil-funzjonijiet tiegħu u/jew ma jiġix iktar impjegat mis-SEAE fil-kundizzjonijiet preċedenti, jikkundanna lis-SEAE jħallas id-dannu materjali subit mir-rikorrent minħabba li l-attività tiegħu intemmet irregolarment, billi jsir il-ħlas ta’ kumpens għal ammont li jikkorrispondi mad-differenza bejn id-dħul li huwa mistenni jikseb matul ħajtu u d-dħul li r-rikorrent kien jirċievi li kieku l-kuntratt ma ġiex xolt, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-benefiċċji tal-irtirar u benefiċċji oħra ujikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż.