Rikors ippreżentat fit-28 ta' Frar 2008 - Nanopoulos vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-30/08)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrent: Photius Nanopoulos (Lussemburgu, Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Ordni sabiex il-Kummissjoni tħallas somma lir-rikorrent bħala kumpens għad-danni li sofra bħala riżultat tal-ksur tad-drittijiet fundamentali tiegħu li laqat l-unur u r-reputazzjoni tiegħu.
Talbiet tar-rikorrent
tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent, bħala kumpens għall-ħsara morali li sofra, is-somma ta' EUR 850 000, liema somma tinkludi l-kumpens għall-ħsara kkawżata lil saħħtu ;
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.
____________