Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca dos Açores (il-Portugall) fit-12 ta’ Marzu 2020 – MV vs SATA Internacional - Serviços de Transportes Aéreos SA

(Kawża C-137/20)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Judicial da Comarca dos Açores

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: MV

Konvenuta: SATA Internacional - Serviços de Transportes Aéreos SA

Domanda preliminari

Każ bħal dak li seħħ fis-6 ta’ Ġunju 2016, fejn ġiet ikkanċellata titjira minħabba kundizzjonijiet metereoloġiċi fl-ajruport ta’ destinazzjoni, b’mod speċifiku, minħabba li ma kinux żgurati, mal-ħin tat-tluq tat-titjira, il-limiti minimi ta’ viżibbiltà orizzontali, kif ukoll il-viżibbiltà vertikali għar-runway, fejn għalhekk ma kinux iggarantiti l-kundizzjonijiet ta’ sigurtà rikjesti, fl-imsemmi ajruport u mill-ajruplan inkwistjoni, għall-manuvra ta’ nżul, inkwantu kien hemm previżjoni ta’ aggravament tal-kundizzjonijiet atmosferiċi fis-sigħat segwenti, għandu jitqies li jaqa’ taħt “ċirkostanzi straordinarji” fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004 1 li jeżenta lit-trasportatur tal-ajru mil-obbligu ta’ kumpens?

____________

1     Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).