Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2012 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-28/12)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni impliċita li tiċħad it-talba tar-rikorrent, l-ewwel nett, sabiex titħassar sentenza mir-rapport mediku datat it-28 ta’ Frar 2008, it-tieni nett, sabiex jintbagħat l-imsemmi rapport ikkoreġut f’dan is-sens lit-tabib magħżul mir-rikorrent, u t-tielet nett, sabiex titħassar, b’mod ġenerali, mill-fajl tal-inċident fuq ix-xogħol tar-rikorrent, kull informazzjoni li tikkonċerna l-fatt, liema fatt ir-rikorrent jallega li ma huwiex minnu, li t-trab li r-rikorrent kellu kuntatt miegħu finalment irriżulta li kienu trabijiet bojod ta’ kopja ta’ ġurnal li r-rikorrent kien abbonat għalih.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni li tiċħad it-talbiet tar-rikorrent magħmula fit-23 ta’ Diċembru 2010;

quatenus oportet, jannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tal-10 ta’ Lulju 2011 mid-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talbiet tar-rikorrent magħmula fit-23 ta’ Diċembru 2010;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.