Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Ilfov (ir-Rumanija) fit-12 ta’ Settembru 2019 – NL vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice București

(Kawża C-679/19)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Ilfov

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: NL

Konvenuta: Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice București

Domandi preliminari

L-Arikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar kontrolli ta’ flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi sanzjoni bħal dik prevista fl-Artikolu 653(i) tal-Hotărârea Guvernului Nru 707/2006 (id-Digriet tal-Gvern Nru 707/2006), li tistabbilixxi li ammonti ta’ flus kontanti li effettivament jeċċedu l-limitu ta’ EUR 10 000 li ma jiġux iddikjarati bil-miktub lill-awtoritajiet tad-dwana għandhom jiġu kkonfiskati fl-intier tagħhom u b’mod definittiv?

2)    L-Arikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar kontrolli ta’ flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-applikazzjoni mill-Istati Membri ta’ sanzjoni għal kontravenzjoni li tikkonsisti fil-konfiska tas-somma kollha mhux iddikjarata, fl-assenza ta’ verifika minn qabel jew suċċessiva dwar il-provenjenza jew l-użu intiż tal-flus u independentement mill-provenjenza jew mill-użu intiż tagħhom?

____________

1  Ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar kontrolli ta’ flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità (ĠU 2005, L 309, p. 9).