Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-15 ta' Settembru 2009 - Hartwig vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-141/06) 1

(Ħatra - Membru tal-persunal temporanju maħtur uffiċjal - Kandidat imniżżel fuq lista ta' riżerva ta' kompetizzjoni ppubblikata qabel id-dħul fis-seħħ tal-Istatut il-ġdid - Klassifikazzjoni fi grad bl-applikazzjoni ta' regoli ġodda inqas favorevoli - Miżuri tranżitorji tal-Anness XIII tal-Istatut)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Marc Hartwig (Brussell, il-Belgju) (rappreżentant: T. Bontinck, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Parlament Ewropew li ġew fis-seħħ fis-16/04/2006 li permezz tagħhom ir-rikorrenti, membru tal-persunal temporanju kklassifikat fil-grad B*7 u li għadda mill-kompetizzjoni esterna PE/34/B, ġie maħtur uffiċjal bil-klassifikazzjoni B*3, skala 2, bl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Anness XIII tal-Istatut.

Dispożittiv

M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors F-141/06, Hartwig vs Il-Kummissjoni.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 20, 27.01.2007, p. 40.