Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra Halil Ibrahim Özçelik

(Kawża C-453/16 PPU) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali – Mandat ta’ arrest Ewropew – Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI – Artikolu 8(1)(ċ) – Kunċett ta’ ‘mandat ta’ arrest’ – Kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni – Mandat ta’ arrest nazzjonali maħruġ minn servizz ta’ pulizija u vvalidat minn prosekutur għall-finijiet ta’ azzjonijiet)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Halil Ibrahim Özçelik

Dispożittiv

L-Artikolu 8(1)(ċ) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI, tas-26 ta’ Frar 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li tikkostitwixxi “deċiżjoni ġudizzjarja”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, il-validazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mill-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ mandat ta’ arrest nazzjonali, maħruġ qabel għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali minn servizz ta’ pulizija.

____________

1 ĠU C 383, 17.10.2016.