Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-16 ta’ Jannar 2019 – Ryanair Ltd, Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato - Antitrust vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato - Antitrust et

(Kawża C-28/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: Ryanair Ltd, Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato - Antitrust

Appellati: Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato - Antitrust, Ryanair Ltd, Ryanair DAC

Domandi preliminari

It-tieni sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi ta’ l-ajru fil-Komunità 1 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-elementi ta’ prezz kontenzjużi li huma l-ispejjeż ta’ reġistrazzjoni online u l-“ispejjeż amministrattivi” għax-xiri mwettaq b’karta ta’ kreditu, li jiżdiedu mal-prezz tal-biljett innifsu, kif ukoll l-ispejjeż li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-VAT għat-tariffi u għas-supplimenti fakultattivi għat-titjiriet nazzjonali jaqgħu taħt il-kategorija ta’ supplimenti tal-prezz inevitabbli u prevedibbli jew taħt dik ta’ supplimenti fakultattivi?

Ir-raba’ sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kelma “fakultattivi” tindika spejjeż li l-parti l-kbira tal-konsumaturi jistgħu jevitaw?

____________

1     Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi ta’ l-ajru fil-Komunità (ĠU 2008, L 293, p. 3).