Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-6 ta’ Awwissu 2018 – Fédération des fabricants de cigares vs Premier ministre, Ministre des Solidarités et de la Santé

(Kawża C-517/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fédération des fabricants de cigares

Konvenuti: Premier ministre, Ministre des Solidarités et de la Santé

Parti oħra fil-proċedura: Société nationale d’exploitation industrielle des tabacs et allumettes (SEITA)

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) u (3) tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 1 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprojbixxu l-użu, fuq il-pakketti individwali, fuq l-ippakkjar estern u fuq il-prodotti tat-tabakk, ta’ kull isem ta’ trade mark li jevoka ċerti kwalitajiet, indipendentement mir-reputazzjoni tagħha?

Skont l-interpretazzjoni li għandha tingħata lill-Artikolu 13(1) u (3) tad-direttiva, id-dispożizzjonijiet tagħhom, inkwantu japplikaw għall-ismijiet u għat-trade marks kummerċjali, jirrispettaw id-dritt għall-proprjetà, il-libertà ta’ espressjoni, il-libertà ta’ intrapriża u l-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ċertezza legali?

Fil-każ ta’ risposta pożittiva għad-domanda preċedenti, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) u (3) tad-direttiva, meħuda flimkien ma’ dawk tal-Artikolu 24(2) tal-istess direttiva, jirrispettaw id-dritt għall-proprjetà, il-libertà ta’ espressjoni u ta’ intrapriża u l-prinċipju ta’ proporzjonalità?

____________

1     Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU L 127, p. 1).