Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Belġju) fl-24 ta’ Mejju 2019 – Katoen Natie Bulk Terminals NV, General Services Antwerp NV vs Belgische Staat

(Kawża C-407/19)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiz

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Katoen Natie Bulk Terminals NV, General Services Antwerp NV

Konvenut: Belgische Staat

Domandi preliminari

L-Artikolu 49, 56, 45, 34, 35, 101 jew 102 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 106(1) TFUE jew le għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi d-dispożizzjoni li tinsab fl-Artikolu 1 tad-digriet irjali tal-5 ta’ Lulju 2004 “dwar ir-Rikonoxximent tal-Ħaddiema tal-Baċiri fiż-Żoni tal-Port li jaqgħu fil-Kamp ta’ Applikazzjoni tal-Liġi tat-8 ta’ Ġunju 1972 dwar ix-Xogħol tal-Baċiri” moqri flimkien mal-Artikolu 2 tal-imsemmi digriet irjali tal-5 ta’ Lulju 2004, li hija d-dispożizzjoni li tipprevedi li l-ħaddiema tal-baċiri msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1(1) tal-imsemmi digriet irjali tal-5 ta’ Lulju 2004, huma, mar-rikonoxximent tagħhom mill-Kummissjoni Amministrattiva kkostitwita, b’mod konġunt, minn naħa minn membri maħtura mill-organizzazzjonijiet tal-persuni li jħaddmu rrappreżentati fi ħdan is-sottokumitat konġunt ikkonċernat u, min-naħa l-oħra, minn membri maħtura mill-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema rrappreżentati fi ħdan is-sottokumitat konġunt, inklużi jew le fil-pool tal-ħaddiema tal-baċiri, fejn ir-rikonoxximent għall-iskop tal-inklużjoni fil-pool jieħu inkunsiderazzjoni l-bżonn ta’ ħaddiema, b’teħid inkunsiderazzjoni wkoll tal-fatt li l-ebda terminu massimu ma huwa previst li fih il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tagħti deċiżjoni u tal-fatt li appell ġudizzjarju biss huwa previst kontra d-deċiżjonijiet tagħha dwar ir-rikonoxximent?

L-Artikolu 49, 56, 45, 34, 35, 101 jew 102 TFUE, moqri flimkien jew le mal-Artikolu 106(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola stabbilita mis-subparagrafi 2, 3, 6 u 8 tal-Artikolu 4(1) tad-digriet irjali tal-5 ta’ Lulju 2004, kif issostitwiti jew miżjuda mis-subparagrafi 2, 3, 4 u 6 tal-Artikolu 4 tad-digriet ikkonstestat tal-10 ta’ Lulju 2016, li hija r-regola li timponi bħala kundizzjoni għar-rikonoxximent bħala ħaddiem tal-baċir li l-ħaddiem a) ikun iddikjarat medikament kapaċi għax-xogħol tal-baċiri mis-servizz estern għall-prevenzjoni u l-protezzjoni tax-xogħol, li miegħu hija affiljata l-organizzazzjoni tal-persuni li jħaddmu li nħatret bħala mandatarja konformement mal-Artikolu 3a tal-Liġi tat-8 ta’ Ġunju 1972 dwar ix-Xogħol tal-Baċiri u b) ikun għadda mit-testijiet psikotekniċi mwettqa mill-organu maħtur għal dan il-għan mill-organizzazzjoni tal-persuni li jħaddmu li inħatret bħala mandatarja konformement ma’ dan l-istess Artikolu 3a tal-Liġi tat-8 ta’ Ġunju 1972, c) ikun ħa sehem għal tliet ġimgħat f’korsijiet preparatorji dwar is-sigurtà fuq ix-xogħol u għall-ksib ta’ kwalifika professjonali u jkun għadda mill-eżami finali u d) ikun diġà fil-pussess ta’ kuntratt ta’ xogħol fil-każ ta’ ħaddiem tal-biċiri li ma jkunx inkluż fil-pool, li meta moqri flimkien mal-Artikolu 4(3) tad-digriet irjali tal-5 ta’ Lulju 2004, iffisser li l-ħaddiema tal-baċiri barranin għandhom ikunu jistgħu juru li huma jissodisfaw, fi Stat Membru ieħor, kundizzjonijiet ekwivalenti, sabiex għal dak li jikkonċerna l-applikazzjoni tad-digriet preżenti, ma jkunux suġġetti għal dawn il-kundizzjonijiet?

L-Artikolu 49, 56, 45, 34, 35, 101 jew 102 TFUE, moqri flimkien jew le mal-Artikolu 106(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola stabbilita mill-Artikolu 2(3) tad-digriet irjali tal-5 ta’ Lulju 2004, kif issostitwit mill-Artikolu 2 tad-digriet irjali kkontestat tal-10 ta’ Lulju 2016, li hija r-regola li permezz tagħha l-ħaddiema tal-baċiri, li ma humiex inklużi fil-pool u li, minħabba f’hekk huma direttament ingaġġati min persuna li tħaddem permezz ta’ kuntratt ta’ xogħol konformement mal-liġi tat-3 ta’ Lulju 1978 “dwar il-kuntratti ta’ xogħol”, ikollhom it-tul tar-rikonoxximent limitat għat-tul ta’ dan il-kuntratt ta’ xogħol b’tali mod li kull darba tkun trid tinbeda proċedura ġdida ta’ rikonoxximent?

L-Artikolu 49, 56, 45, 34, 35, 101 jew 102 TFUE, moqri flimkien jew le mal-Artikolu 106(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola stabbilita mill-Artikolu 13/1 tad-digriet irjali tal-5 ta’ Lulju 2004, kif inkuż mill-Artikolu 17 tad-digriet irjali tal-10 ta’ Lulju 2016, li hija r-regola transizzjonali li tipprevedi li l-kuntratt ta’ xogħol imsemmi fit-tielet domanda preliminari għandu inizjalment jiġi konkluż għal żmien indeterminat, mill-1 ta’ Lulju 2017 għal perijodu ta’ mill-inqas sentejn; mill-1 ta’ Lulju 2018 għal perijodu ta’ mill-inqas sena; mill-1 ta’ Lulju 2019 għal perijodu ta’ mill-inqas sitt xhur; mill-1 ta’ Lulju 2020 għal perijodu li għandu jiġi ddeterminat liberament?

L-Artikolu 49, 56, 45, 34, 35, 101 jew 102 TFUE, moqri flimkien jew le mal-Artikolu 106(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola stabbilita mill-Artikolu 15/1 tad-digriet irjali tal-5 ta’ Lulju 2004, kif inkuż mill-Artikolu 18 tad-digriet irjali tal-10 ta’ Lulju 2016, li hija r-regola (transizzjonali) li tipprovdi li l-ħaddiema tal-baċiri rrikonoxxuti fil-leġiżlazzjoni l-antika jiġu rrikonoxxuti awtomatikament bħala ħaddiema tal-baċiri fil-pool u dan jostakola l-possibbiltà li persuna li tħaddem timpjega direttament lil dawn il-ħaddiema tal-baċiri (b’kuntratt permanenti) u jipprojbixxi lill-persuni li jħaddmu milli jimpjegaw u jżommu ħaddiema ta’ kwalità billi jikkonkludu kuntratt permanenti direttament magħhom u joffrulhom sigurtà ta’ impjieg skont ir-regoli tad-dritt industrijali komuni?

L-Artikolu 49, 56, 45, 34, 35, 101 jew 102 TFUE, moqri flimkien jew le mal-Artikolu 106(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola stabbilita mill-Artikolu 4(2) tad-digriet irjali tal-5 ta’ Lulju 2004, kif issostitwit mill-punt 7 tal-Artikolu 4 tad-digriet irjali tal-10 ta’ Lulju 2016, li hija r-regola li tipprevedi li ftehim kollettiv ta’ xogħol jiddetermina l-kundizzjonijiet u l-modalitajiet li skonthom ħaddiem tal-baċiri jista’ jiġi impjegat f’żona tal-port li ma hijiex dik fejn ġie rrikonoxxut, aspett li jillimita l-mobbiltà tal-ħaddiema bejn iż-żoni tal-port mingħajr ma l-leġiżlatur jistabbilixxi huwa stess indikazzjonijiet ċari ta’ dawk li jistgħu jkunu dawn il-kundizzjonijiet u modalitajiet?

L-Artikolu 49, 56, 45, 34, 35, 101 jew 102 TFUE, moqri flimkien jew le mal-Artikolu 106(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola stabbilita mill-Artikolu 1(3) tad-digriet irjali tal-5 ta’ Lulju 2004, kif issostitwit mill-punt 2 tal-Artikolu 1 tad-digriet irjali tal-10 ta’ Lulju 2016, li hija r-regola li tipprovdi li l-ħaddiema (tal-loġistika) li jwettqu xogħol fis-sens tal-Artikolu 1 tad-digriet irjali tat-12 ta’ Jannar 1973 “li jistabbilixxi l-Kummissjoni Konġunta tal-Portijiet u li jistabbilixxi l-Ħatra u l-Kompetenzi tagħha”, f’postijiet fejn il-merkanzija tiġi suġġetta għal transformazzjoni bi preparazzjoni għad-distribuzzjoni jew spedizzjoni sussegwenti, li indirettament toħloq valur miżjud li jista’ jintwera, għandhom ikunu fil-pussess ta’ ċertifikat tas-sigurtà, fejn dan iċ-ċertifikat ta’ sigurtà jgħodd bħala rikonoxximent fis-sens tal-Liġi tat-8 ta’ Ġunju 1972 dwar ix-Xogħol tal-Baċiri, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-fatt li dan iċ-ċertifikat tas-sigurtà huwa mitlub mill-persuna li timpjega li ffirmat kuntratt ta’ xogħol ma’ ħaddiem sabiex iwettaq attivitajiet f’dan is-sens u li nħareġ fuq preżentazzjoni tal-karta tal-identità jew tal-kuntratt ta’ xogħol u fejn il-modalitajiet tal-proċedura li għandha tiġi segwita huma stabbiliti minn ftehim kollettiv ta’ xogħol, mingħajr ma l-leġiżlatur jipprovdi indikazzjonijiet ċari fuq dan il-punt?

____________