Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-3 ta’ Ġunju 2020 – MT vs Landespolizeidirektion Steiermark
(Kawża C-231/20)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: MT
Awtorità konvenuta: Landespolizeidirektion Steiermark
Domandi preliminari
1) Fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali intiżi sabiex jipproteġu sistema ta’ monopolju, il-qorti nazzjonali għandha teżamina r-regola fil-qasam ta’ sanzjoni kriminali li hija għandha tapplika fid-dawl tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, meta hija preċedentement tkun diġà eżaminat is-sistema ta’ monopolju skont il-kriterji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u meta dan l-eżami jkun wera li s-sistema ta’ monopolju kienet iġġustifikata?
2) Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv:
2a) L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-każ ta tqegħid għad-dispożizzjoni għal skopijiet kummerċjali ta’ lotteriji pprojbiti skont il-liġi dwar il-logħob tal-ażżard, tipprevedi b’mod imperattiv l-impożizzjoni ta’ multa għal kull magna tal-logħob mingħajr limitu massimu assolut tal-ammont totali tal-multi imposti?
2b) L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-każ ta tqegħid għad-dispożizzjoni għal skopijiet kummerċjali ta’ lotteriji pprojbiti skont il-liġi dwar il-logħob tal-ażżard, tipprevedi b’mod imperattiv multa minima ta’ EUR 3 000 għal kull magna tal-logħob?
2c) L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-każ ta tqegħid għad-dispożizzjoni għal skopijiet kummerċjali ta’ lotteriji pprojbiti skont il-liġi dwar il-logħob tal-ażżard, tipprevedi l-impożizzjoni ta’ piena ta’ priġunerija alternattiva għal kull magna tal-logħob mingħajr limitu massimu assolut tal-ammont totali tal-piena ta’ priġunerija alternattiva imposta?
2d) L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-każ ta’ sanzjoni imposta minħabba t-tqegħid għad-dispożizzjoni għal skopijiet kummerċjali ta’ lotteriji pprojbiti skont il-liġi dwar il-logħob tal-ażżard, tipprevedi kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri kriminali sa 10 % tal-multi imposti?
3) Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv:
3a) L-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-każ ta tqegħid għad-dispożizzjoni għal skopijiet kummerċjali ta’ lotteriji pprojbiti skont il-liġi dwar il-logħob tal-ażżard, tipprevedi b’mod imperattiv l-impożizzjoni ta’ multa għal kull magna tal-logħob mingħajr limitu massimu assolut tal-ammont totali tal-multi imposti?
3b) L-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-każ ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni għal skopijiet kummerċjali ta’ lotteriji pprojbiti skont il-liġi dwar il-logħob tal-ażżard, tipprevedi b’mod imperattiv multa minima ta’ EUR 3 000 għal kull magna tal-logħob?
3c) L-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-każ ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni għal skopijiet kummerċjali ta’ lotteriji pprojbiti skont il-liġi dwar il-logħob tal-ażżard, tipprevedi l-impożizzjoni ta’ piena ta’ priġunerija alternattiva għal kull magna tal-logħob mingħajr limitu massimu assolut tal-ammont totali tal-piena ta’ priġunerija alternattiva imposta?
3d) L-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-każ ta’ sanzjoni imposta minħabba t-tqegħid għad-dispożizzjoni għal skopijiet kummerċjali ta’ lotteriji pprojbiti skont il-liġi dwar il-logħob tal-ażżard, tipprevedi kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri kriminali sa 10 % tal-multi imposti?
____________