Language of document :

Appell ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2019 minn George Haswani mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-16 ta’ Jannar 2019 fil-Kawża T-477/17, Haswani vs Il-Kunsill

(Kawża C-241/19 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: George Haswani (rappreżentant: G. Karouni, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

Tannulla s-sentenza tas-16 ta’ Jannar 2019, T-477/17, fit-totalità tagħha;

Tordna t-tneħħija ta’ isem Georges Haswani mill-annessi marbuta mal-atti kkontestati quddiem il-Qorti Ġenerali;

Tiddeċiedi l-kawża u:

Tannulla d-Deċiżjoni 2015/1836 u r-Regolament 2015/1828;

Tikkundanna lill-Kunsill iħallas is-somma ta’ EUR 100 000 bħala kumpens għad-danni morali kkawżati lill-G. Haswani;

Tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti mir-rikorrent kemm quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi, ksur tad-Deċiżjonijiet 2015/1836 (premessa 6), u 2013/255 (premessa 5) kif emendata bid-Deċiżjoni 2015/1836, kif ukoll fuq l-inverżjoni tal-oneru tal-prova u fuq ksur tal-prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni.

____________