Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2012 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-79/12)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: J. Duvekot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jirrevokaw lir-rikorrent mill-funzjonijiet tiegħu u li jnaqqsu l-ammont tal-pensjoni tiegħu wara proċedura dixxipplinari mibdija minħabba ksur tal-Artikolu 11 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjonijiet tad-29 ta’ Settembru 2011,

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.