Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2013 – ZZ vs KESE

(Kawża F-42/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenut: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li jiġi rexiss il-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrent u t-talba għal kumpens għad-dannu morali u materjali allegatament imġarrab.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tas-16 ta’ Ottubru 2012 adottata mis-Segretarju Ġenerali tal-KESE, bħala l-Awtorità li għandha s-setgħa li tikkonkludi kuntratti, ta’ rexissjoni tal-kuntratt tar-rikorrent;

sa fejn meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni tal-imsemmija awtorità tal-31 ta’ Jannar 2013 li tikkonferma r-rexissjoni tal-kuntratt tar-rikorrent u d-deċiżjoni tal-imsemmija awtorità tal-24 ta’ April 2013 li tiċħad espliċitament l-ilment tar-rikorrent;

jikkumpensa għad-dannu materjali mġarrab mir-rikorrent;

jagħti lir-rikorrent is-somma ffissata ex aequo et bono u b’mod provviżorju għal EUR 15 000, bħala dannu morali mġarrab;

jikkundanna lill-KESE għall-ispejjeż.