Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-1 ta’ Frar 2012 – Bancale u Buccheri vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-123/10) 1
(Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Kompetizzjonijiet interni – Kundizzjonijiet għad-dħul – Esperjenza professjonali miksuba wara l-kisba ta’ diploma – Diploma – Kwalifiki miksuba qabel l-kisba tad-diploma - Ekwivalenza)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Giovanni Bancale (Waterloo, il-Belġju) u Roberto Buccheri (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: inizjalment minn B. Eggers u P. Pecho, aġenti, sussegwentment minn B. Eggers, aġent)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Għażla COM/INT/OLAF/09/AD8 u COM/INT/OLAF/09/AD10 li r-rikorrenti ma jiġux ammessi għall-kompetizzjoni.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
G. Bancale u R. Buccheri għandhom ibatu l-ispejjeż kollha tagħhom.
____________1 ĠU C 30, 29.01.2011, p. 67.