Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta' Novembru 2010 - AR vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-120/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Parti rikorrenti: AR (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodriguez, C. Bernard Glanz u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li l-parti rikorrenti tiġi eskluża mill-proċedura fir-rigward tal-kompetizzjoni interna COM/INT/EU2/10/AD5 għal amministraturi b'ċittadinanza Bulgara jew Rumena minħabba li ma għaddietx mit-testijiet ta' aċċess kif ukoll tad-deċiżjoni fuq l-ilment li tawtorizza lill-parti rikorrenti terġa' tagħmel it-testijiet ta' aċċess għall-kompetizzjoni msemmija iktar 'il fuq.

Talbiet tal-parti rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) tal-31 ta' Marzu 2010 li l-parti rikorrenti tiġi eskluża mill-kompetizzjoni interna COM/INT/EU2/10/AD5 sabiex il-parti rikorrenti tkun tista' tipparteċipa fit-testijiet;

tannulla d-deċiżjoni adottata fit-3 ta' Awwissu 2010 mill-Awtorità tal-Ħatra inkwantu ma tilqax, għalkollox, l-ilment tal-parti rikorrenti;

titlob lill-Kummissjoni, jekk hemm bżonn permezz ta' miżura istruttorja jew ta' organizzazzjoni tal-proċedura, tforni l-lista tad-domandi magħmula kif ukoll ir-risposti mogħtija fit-testijiet magħmula fi Brussell fil-5 ta' Marzu 2010 fis-13h00;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________