Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Frar 2019 – OI vs Air Nostrum Lineas Aereas del Mediterraneo SA

(Kawża C-191/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: OI

Konvenuta: Air Nostrum Lineas Aereas del Mediterraneo SA

Domandi preliminari

Il-bidla fir-reżervazzjoni għal titjira sussegwenti, kontra l-volontà tiegħu, ta’ passiġġier li għandu reżervazzjoni kkonfermata għal titjira speċifka, meta jippreżenta ruħu għal tluq fl-ajruport, tikkostitwixxi każ ta’ rifjut ta’ imbark fis-sens tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 261/20041 jekk it-tijira, li l-passiġġier għandu reżervazzjoni kkonfermata għaliha, sussegwentement issir?

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv, l-Artikolu 5(1)(ċ)(iii) tar-Regolament Nru 261/2004 għandu jiġi applikat, b’analoġija, għal każijiet ta’ rifjut ta’ imbark fis-sens tal-Artikolu 4(3) ta’ dan ir-regolament?

____________

1 Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).