Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Ottubru 2019 – TUIfly GmbH vs EUflight.de GmbH

(Kawża C-792/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Konvenuta u appellanti: TUIfly GmbH

Rikorrenti u appellata: EUflight.de GmbH

Domandi preliminari

Fil-każ ta’ strajk, il-kanċellazzjoni jew id-dewmien twil tal-wasla ta’ titjira jkunu kkawżati wkoll minn ċirkustanzi straordinarji fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 1 , meta t-titjira kontenzjuża ma kinitx direttament affettwata mill-istrajk u setgħet issir skont kif previst, iżda l-kanċellazzjoni jew id-dewmien iseħħu minħabba miżuri ta’ organizzazzjoni mill-ġdid tal-iskeda tat-titjiriet meħuda mit-trasportatur tal-ajru minħabba l-istrajk (f’dan il-każ: l-użu tal-ajruplan intiż għat-titjira sabiex jiġu rrimedjati l-effetti tal-istrajk)?

Fil-każ li trasportatur tal-ajru jista’ jiġi eżonerat ukoll fil-każ ta’ miżura ta’ organizzazzjoni mill-ġdid:

Huwa determinanti li l-miżura ta’ organizzazzjoni mill-ġdid tkun diġà seħħet qabel ma ngħata bidu għall-istrajk, meta ma kienx għadu prevedibbli liema titjiriet kienu definittivament ser jiġu affettwati mill-istrajk, jew eżenzjoni mir-responsabbiltà hija prevedibbli wkoll meta l-iskeda tat-titjiriet tiġi organizzata mill-ġdid matul jew wara l-istrajk, meta jkun diġà ġie stabbilit li t-titjira kontenzjuża ma hijiex direttament affettwata mill-istrajk?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10