Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spanja) fit-12 ta’ Ġunju 2019 – WT vs Subdelegación del Gobierno en Guadalajara

(Kawża C-448/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: WT

Konvenuta: Subdelegación del Gobierno en Guadalajara

Domandi preliminari

Il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk hijiex kompatibbli mal-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul 1 , u, fost l-oħrajn, mas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Diċembru 2017, López Pastuzano (C-636/16, EU:C:2017:949), u tat-8 ta’ Diċembru 2011, Ziebell (C-371/08, EU:C:2011:809), interpretazzjoni bħal dik mogħtija fis-sentenzi tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja) Nru 191/2019, tad-19 ta’ Frar 2019, Appell fil-Kassazzjoni Nru 5607/2017 (ES:TS:2019:580), u Nru 257/2019, tas-27 ta’ Frar 2019, Appell fil-Kassazzjoni Nru 5809/2017 (ES:TS:2019:663), li tgħid li, huwa possibbli, permezz ta’ interpretazzjoni tad-Direttiva 2001/40/KE 2 , li jiġi sostnut li kull ċittadin ta’ pajjiż terz li jkollu permess ta’ residenza għal żmien twil li jkun wettaq delitt ikkastigat b’piena ta’ ħabs ta’ tul ta’ mill-inqas sena jista’ u għandu jkun suġġett ta’ tkeċċija b’mod “awtomatiku”, jiġifieri, mingħajr il-ħtieġa li ssir kwalunkwe evalwazzjoni dwar iċ-ċirkustanzi personali, familjari, soċjali jew ta’ xogħol tiegħu.

____________

1 Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 272.

2 Direttiva tal-Kunsill 2001/40/KE tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet dwar l-espulsjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 107).