Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta' Ġunju 2011 - ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-64/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: S. Crosby u S. Santoro, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tirrevoka unilateralment l-offerta ta' impjieg magħmula lir-rikorrenti, minkejja l-fatt li r-rikorrenti kienet diġà aċċettat l-offerta.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-4 ta' Marzu 2011 li biha l-Kummissjoni Ewropea ċaħdet l-ilment intern ippreżentat mir-rikorrenti kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni HR B2 (2010) 662634 tal-5 ta' Ottubru 2010;

tħallas kumpens għad-danni subiti mir-rikorrenti, inklużi salarji u benefiċċji mitlufa;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż ta' din il-kawża.

____________