Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-23 ta' April 2008 - Bain et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-112/05)1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Koeffiċjenti korrettivi - Trasferiment ta' parti mir-remunerazzjoni barra mill-pajjiż ta' l-impjieg - Pensjonijiet - Proċeduri fil-kontumaċja - Applikazzjoni fiż-żmien tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza - Dikjarazzjonijiet tas-salarju - Eċċezzjoni ta' illegalità)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Neil Bain (Brussell, il-Belġju) Obhijit Chatterjee, (Brussell, il-Belġju), Richard Fordham, (Bergen, l-Olanda), Roger Hurst, (Bergen, l-Olanda), [rappreżentant: N. Lhoëst, avukat]

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: V. Joris u D. Martin, aġenti]

Suġġett

L-annullament tad-dikjarazzjonijiet tas-salarju tar-rikorrenti għax-xhur ta' Frar, Marzu u April 2005, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet tas-salarju sussegwenti, safejn dawn japplikaw dispożizzjonijiet allegatament illegali tar-Regolament Nru 723/2004 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal rigward it-trasferiment ta' parti mir-remunerazzjoni lejn il-pajjiż ta' oriġini ta' l-uffiċjal (qabel kienet T-419/05).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 48, 25.02.2006 p. 36 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej bin-numru T-419/05 u ttrasferita quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea b'digriet tal-15.12.2005).