Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta' Novembru 2010 - Van Soest vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-117/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Barry Van Soest (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temmet il-proċedura ta' reklutaġġ tar-rikorrent, li għadda minn kompetizzjoni u li tniżżel fil-lista ta' riżerva, peress li ma għandux diploma ta' edukazzjoni sekondarja li tagħtih aċċess għal studji ogħla.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Deċiżjoni HRB.2/TV/iu (2010) 6293;

tannulla d-Deċiżjoni HRD.2/AL/db Ares(2010) 511204 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent kontra din id-deċiżjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

____________