Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Köln (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Jannar 2019 – FX vs GZ, irrappreżentata għal finijiet legali minn ommha

(Kawża C-41/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: FX

Konvenuta: GZ, irrappreżentata għal finijiet legali minn ommha

Domandi preliminari

Meta tkun diretta kontra titolu barrani li jikkonstata dritt għall-manteniment, l-azzjoni għal oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni prevista fl-Artikolu 767 taz-Zivilprozessordnung Ġermaniż (il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Ġermaniż, iktar ’il quddiem iz-“ZPO”) hija azzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment fis-sens tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment 1 ?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għad-domanda preċedenti, l-azzjoni għal oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni prevista fl-Artikolu 767 taz-ZPO, meta tkun diretta kontra titolu barrani li jikkonstata dritt għall-manteniment, hija azzjoni f’materji ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenzi fis-sens tal-punt 5 tal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali 2 ?

____________

1 ĠU 2009, L 7, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 281, p. 29, fil-ĠU 2013, L 8, p. 19, fil-ĠU 2011, L 131, p. 26).

2 ĠU 2012, L 351, p. 1.