Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2014 – CITEB u Belgo-Metal vs Il-Parlament

(Kawża T-488/12) 1

(“Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni u ta’ estensjoni tal-binja Eastman fi Brussell – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Komunikazzjoni tar-rapport tal-kumitat tal-evalwazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Cit Blaton SA (CITEB) (Schaerbeek, il-Belġju); u Belgo-Metal (Wetteren, il-Belġju) (rappreżentant: R. Simar, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: F. Poilvache u L. Fedel, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament, tas-7 ta’ Settembru 2012, li tiċħad l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ avviż ta’ kuntratt tad-19 ta’ Mejju 2012, ippubblikat fis-Suppliment għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2012/S 92-1563620) u bir-referenza INLO.AO-2012-005-BRU-UPIB-02, dwar it-twettiq ta’ xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni u ta’ estensjoni tal-binja Eastman fi Brussell (il-Belġju) u li tagħti dan il-kuntratt lil offerent ieħor.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Cit Blaton SA (CITEB) u Belgo-Metal huma kkundannati għall-ispejjeż.