Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-5 ta' Diċembru 2012 - Grazyte vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-76/11) 

(Servizz pubbliku - Remunerazzjoni - Allowance tal-espatrijazzjoni - Kundizzjoni prevista fl-Artikolu 4(1)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Perijodu deċennali ta' referenza - Bidu tad-dekorrenza - Punt ta' skadenza - Newtralizzazzjoni ta' perijodi ta' servizz imwettqa għal organizzazzjoni internazzjonali - Applikazzjoni b'analoġija tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Diane Grazyte (Utena, il-Litwanja) (rappreżentant: R. Guarino, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin, aġent u assistit minn A. Dal Ferro, avukat, sussegwentement minn V. Joris, aġent, assistit minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tiċħad it-talba tar-rikorrenti sabiex tikseb l-allowance għall-espatrijazzjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

D. Grazyte għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż esposti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU 2011, C 319, p. 29.