Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Bucureşti (ir-Rumanija) fl-20 ta’ Marzu 2019 – CHEP Equipment Pooling NV vs Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti – Serviciul Soluţionare Contestaţii, Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti – Administraţia Fiscală pentru Contribuabili Nerezidenţi

(Kawża C-242/19)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CHEP Equipment Pooling NV

Konvenuti: Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti – Serviciul Soluţionare Contestaţii, Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti – Administraţia Fiscală pentru Contribuabili Nerezidenţi

Domandi preliminari

It-trasport ta’ palits minn Stat Membru għal Stat Membru ieħor, bil-għan li jiġu sussegwentement mikrija f’dan l-aħħar Stat Membru lil persuna taxxabbli stabbilita u rreġistrata għall-finijiet tal-VAT fir-Rumanija, jikkostitwixxi nuqqas ta’ trasferiment skont l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva [2006/112/KE]? 1

Indipendentement mir-risposta għall-ewwel domanda, il-persuna taxxabbli taħt l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2006/112/KE, li ma hijiex stabbilita fl-Istat Membru ta’ rimbors iżda fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, hija kkunsidrata bħala persuna taxxabbli taħt l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2008/9/KE 2 ukoll meta din il-persuna tkun irreġistrata għall-finijiet tal-VAT jew tkun obbligata tirreġistra ruħha għall-finijiet tal-VAT fl-Istat Membru ta’ rimbors?

Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/9/KE, il-kundizzjoni li persuna ma tkunx irreġistrata għall-finijiet tal-VAT fl-Istat Membru ta’ rimbors tikkostitwixxi kundizzjoni ulterjuri għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/9/KE sabiex dik il-persuna taxxabbli stabbilita fi Stat Membru ieħor u mhux stabbilita fl-Istat Membru ta’ rimbors tista’ tkun eliġibbli għal rimbors f’każ bħal dan il-każ ineżami?

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/9/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi prattika ta’ amministrazzjoni nazzjonali li tirrifjuta rimbors tal-VAT abbażi tan-nuqqas ta’ ssodisfar ta’ kundizzjoni prevista esklużivament fid-dritt nazzjonali ?

____________

1 Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta' 28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006 L 347, p. 1).

2 Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat- 12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/EC, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor (ĠU 2008 L 44, p. 23).