Appell ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2019 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-4 ta’ Settembru 2019 fil-Kawża T-308/18, Hamas vs Il-Kunsill
(Kawża C-833/19 P)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen, S. Van Overmeire, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: Hamas
Talbiet
L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-308/18;
tagħti deċiżjoni finali fuq id-domandi li huma s-suġġett ta’ dan l-appell; u
tikkundanna lir-rikorrenti fil-Kawża T-308/18 għall-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill fl-ewwel istanza u fil-kuntest ta’ dan l-appell.
Aggravji u argumenti prinċipali
Fl-ewwel lok, il-Kunsill iqis li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tagħha tat-tmien motiv għal annullament, ibbażat fuq “nuqqas ta’ awtentikazzjoni tal-espożizzjonijiet tal-motivi”, billi kkonkludiet li l-espożizzjonijiet tal-motivi marbuta mal-miżuri kkontestati kellhom jiġu ffirmati.
Fit-tieni lok, il-Kunsill jikkritika lill-Qorti Ġenerali talli żbaljat meta ma kkonkludietx li d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet Amerikani kienu jikkostitwixxu bażi suffiċjenti sabiex il-Hamas tiġi inkluża fil-lista annessa mal-miżuri kkontestati.
____________