Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria regionale della Campania (l-Italja) fil-25 ta’ Ġunju 2019 – Antonio Capaldo SpA vs Agenzia delle dogane e dei monopoli – Ufficio delle dogane di Salerno

(Kawża C-496/16)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria regionale della Campania

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti u Appellanti: Antonio Capaldo SpA

Konvenuta: Agenzia delle dogane e dei monopoli – Ufficio delle dogane di Salerno

Domandi preliminari

L-ispezzjoni fiżika tal-merkanzija mwettqa meta din tiġi importata tipprekludi l-ftuħ tal-proċedura ta’ reviżjoni tal-verifika prevista fl-Artikolu 78 tar-Regolament KEE Nru 2913/92 1 li waqqaf Kodiċi Doganali tal-Komunità?

____________

1 Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).