Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Awwissu 2019 – Husqvarna AB vs Lidl E-Commerce International GmbH & Co. KG

(Kawża C-607/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Husqvarna AB

Konvenuta: Lidl E-Commerce International GmbH & Co. KG

Domandi preliminari

Fil-każ ta’ kontrotalba għar-revoka tad-drittijiet marbuta ma’ trade mark tal-Unjoni Ewropea mressqa qabel ma jkun iddekorra l-perijodu ta’ ħames snin ta’ nuqqas ta’ użu, id-determinazzjoni tad-data rilevanti sabiex jiġi kkalkolat il-perijodu ta’ nuqqas ta’ użu fil-kuntest tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja Nru 207/2009 1 u tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea 2 hija rregolata mill-imsemmija regolamenti?

Jekk għall-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv: Fil-każ ta’ kontrotalba għar-revoka tad-drittijiet marbuta ma’ trade mark tal-Unjoni Ewropea mressqa qabel ma jkun iddekorra l-perijodu ta’ ħames snin ta’ nuqqas ta’ użu, il-kalkolu tal-perijodu ta’ nuqqas ta’ użu ta’ ħames snin previst fl-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 u fl-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament 2017/1001 għandu jsir billi tittieħed inkunsiderazzjoni d-data tat-tressiq tal-kontrotalba jew id-data tal-aħħar seduta għas-sottomissjonijiet orali tal-appell?

____________

1     ĠU 2009, L 78, p. 1.

2     ĠU 2017, L 154, p. 1.