Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta' Novembru 2012 - ZZ vs AER

(Kawża F-135/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: W. J. Dammingh u N. D. Dane, avukati)

Konvenuta: Aġenzija Eżekuttiva ta' Riċerka

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li permezz tagħha r-rikorrenti ma ġietx inkluża fil-lista ta' riżerva tal-proċedura ta' selezzjoni REA/2011/TA/PO/AD5.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tal-21 ta' Frar 2012 li permezz tagħha l-konvenut irrifjuta li jinkludi lir-rikorrenti fil-lista ta' riżerva tal-kompetizzjoni REA/2011/TA/PO/AD5;

jannulla d-deċiżjoni tal-10 ta' Awwissu 2012 li permezz tagħha l-konvenuta ċaħdet l-ilment tar-rikorrenti;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

____________