Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Győri Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fis-7 ta’ April 2020 – “Grossmania” Mezőgazdasági Termelő és Szolgáltató Kft. vs Vas Megyei Kormányhivatal

(Kawża C-177/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Győri Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: “Grossmania” Mezőgazdasági Termelő és Szolgáltató Kft.

Konvenut: Vas Megyei Kormányhivatal

Domandi preliminari

L-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, f’deċiżjoni mogħtija fi proċedura għal domanda preliminari, tkun iddikjarat dispożizzjoni leġiżlattiva ta’ Stat Membru bħala inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni Ewropea, dik id-dispożizzjoni leġiżlattiva lanqas ma tista’ tiġi applikata fi proċedimenti amministrattivi jew proċeduri ġudizzjarji nazzjonali sussegwenti, minkejja li l-fatti fl-oriġini tal-proċeduri sussegwenti ma humiex totalment identiċi għal dawk tal-proċedura għal domanda preliminari preċedenti?

____________