Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte dei Conti - Sezione giurisdizionale per la Regione Puglia (l-Italja) fil-25 ta’ Frar 2019 - HB vs Istituto Nazionale della Previdenza Sociale

(Kawża C-168/19)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte dei Conti - Sezione giurisdizionale per la Regione Puglia.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: HB.

Konvenut: Istituto Nazionale della Previdenza Sociale.

Domanda preliminari

L-Artikoli 18 u 21 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tipprevedi fir-rigward ta’ persuna residenti fi Stat Membru ieħor, li rċeviet kompletament id-dħul tagħha mill-ewwel Stat Membru iżda li ma hijiex ċittadina tat-tieni Stat, tassazzjoni tad-dħul mingħajr il-benefiċċji fiskali offruti minn dan tal-aħħar?

____________