Language of document : ECLI:EU:F:2007:227

SENTENZA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU (It-Tieni Awla)

13 ta’ Diċembru 2007

Kawża F-130/05

Carlos Alberto Soares

vs

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Rikostituzzjoni tal-karriera – Nuqqas ta’ rapport ta’ evalwazzjoni – Eżami komparattiv tal-merti – Talba skond l-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal – Ammissibbiltà tar-rikors – Fatt ġdid u sostanzjali”

Suġġett: Rikors imressaq skond l-Artikoli 236 KE u 152 Euratom, li permezz tiegħu A. Soares jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tiegħu intiża għar-rikostituzzjoni tal-karriera tiegħu.

Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud. Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Sommarju

Uffiċjali – Rikors – Kontestazzjoni amministrattiva minn qabel – Termini

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

Uffiċjal ma jistax, billi jmur quddiem l-Awtorità tal-Ħatra b’talba skond l-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, jerġa’ jqajjem, favurih, il-possibbiltà li jressaq ilment u rikors kontra deċiżjoni li tkun saret definittiva mal-iskadenza tat-termini previsti fir-Regolamenti tal-Persunal sakemm fatt ġdid u sostanzjali ma jkunx seħħ qabel il-preżentata tat-talba.

F’dan ir-rigward, ma tistax tikkostitwixxi fatt ġdid u sostanzjali li jippermetti lil uffiċjal jikkontesta deċiżjoni li tikkonċerna nuqqas ta’ promozzjoni, li tkun saret definittiva, ir-redazzjoni, wara l-eżerċizzju ta’ promozzjoni in kwistjoni, tar-rapport ta’ evalwazzjoni li tikkonċernah, ladarba kien jaf dwar dak li ma kienx ġie stabbilit mir-rapport u li, minħabba f’hekk, ma setax jittieħed inkunsiderazzjoni għall-eżerċizzju ta’ promozzjoni kkonċernat. Fil-fatt, peress li deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ promozzjoni tista’ tiġi kkontestata anki fin-nuqqas ta’ rapport ta’ evalwazzjoni, xejn ma jipprekludi lill-parti kkonċernata milli tressaq ilment kontra din id-deċiżjoni, billi tistrieħ fuq il-fatt li ġie żvantaġġjat minħabba n-nuqqas ta’ redazzjoni tar-rapport ta’ evalwazzjoni.

(ara l-punti 52, 57, 58 u 60)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 26 ta’ Settembru 1985, Valentini vs Il-Kummissjoni, 231/84, Ġabra p. 3027, punt 14

Il-Qorti tal-Prim’Istanza: 22 ta’ Settembru 1994, Carrer et vs Il-Qorti tal‑Ġustizzja, T‑495/93, ĠabraSP p. I‑A‑201 u II‑651, punt 20; 26 ta’ Ottubru 2000, Verheyden vs Il-Kummissjoni, T‑138/99, ĠabraSP p. I‑A‑219 u II‑1001, punt 43; 29 ta’ April 2002, Hilden vs Il-Kummissjoni, T‑70/98, ĠabraSP p. I‑A‑57 u II‑265, punt 39