Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-30 ta’ Marzu 2020 – Rad Service Srl Unipersonale et vs Del Debbio SpA et

(Kawża C-210/20)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: Rad Service Srl Unipersonale, Cosmo Ambiente Srl, Cosmo Scavi Srl

Konvenuti: Del Debbio SpA, Gruppo Sei Srl, Ciclat Val di Cecina Soc. Coop., Daf Costruzioni Stradali Srl fil-kwalitá ta’ kumpannija mandatarja tal-grupp temporanju ta’ impriżi (GTI) kkostitwit mal-impriżi GARC SpA u Edil Moter Srl

Domandi preliminari

L-Artikolu 63 tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 1 , dwar dipendenza fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra, meqjus fid-dawl tal-prinċipji ta’ libertà tal-istabbiliment u l-liberta’ li jiġu provduti servizzi, previsti fl-Artikoli 49 u 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), jipprekludi l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali Taljana fil-qasam tad-dipendenza fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra u ta’ esklużjoni ta’ proċeduri ta’ sejħa għall-offerti li previsti fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tal-Kodiċi ta’ kuntratti pubbliċi, istitwit bid-Digriet Leġiżlattiv Nru 50 tat-18 ta’ April 2016, li jistabbilixxi li f’każ ta’ dikjarazzjonijiet qarrieqa pprovduti mill-impriża awżiljari inkwantu għall-eżistenza ta’ sentenzi li fihom kundanni kriminali li saru res judicata, li jkunu potenzjalment kapaċi juru t-twettiq ta’ nuqqas professjonali gravi, l-awtorità kontraenti għandha sistematikament teskludi l-operatur ekonomiku offerent parteċipi fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti, mingħajr ma timponilu u lanqas tippermettilu li jindika impriża oħra adattata, billi jissostitwixxi tal-ewwel, kif inhu madankollu previst fl-ipoteżijiet l-oħra fejn l-entitajiet li l-operatur ekonomiku tagħhom ikun jixtieq jinvoka l-kapaċità tagħhom ma jissodisfawx kriterju rilevanti ta’ għażla jew fir-rigward tagħhom ikunu jeżistu motivi ta’ esklużjoni obbligatorji?

____________

1 Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014, L 94, p. 65; rettifika ĠU 2015, L 275, p.68)