Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (is-Slovakkja) fis-26 ta’ Novembru 2019 – Slovak Telekom a.s. vs Protimonopolný úrad Slovenskej republiky

(Kawża C-857/19)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Najvyšší súd Slovenskej republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Slovak Telekom a.s.

Konvenut: Protimonopolný úrad Slovenskej republiky

Domandi preliminari

Domandi li jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 11(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 1 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat:

L-espressjoni “jirrileva l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri tal-kompetenzi tgħhom li japplikaw l-Artikoli 81u 82 tat-Trattat” 2 tfisser li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jitilfu s-setgħa li japplikaw l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat?

L-Artikolu 50 (Id-dritt li wieħed ma jiġix iġġudikat jew jingħata piena darbtejn għall-istess reat) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ipproklamata f’Nice fis-7 ta’ Diċembru 2000, għandu japplika wkoll għal ksur ta’ natura amministrattiva bħall-abbuż minn pożizzjoni dominanti msemmi fl-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, meta dan il-ksur jiġi ssanzjonat b’mod separat u indipendenti mill-Kummissjoni u minn awtorità ta’ Stat Membru fl-eżerċizzju tal-kompetenzi tagħhom konformement mal-Artikolu 11(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205.

2 [fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 11(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003]