Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta' Marzu 2008 - Pachtitis vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-35/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Dimitrios Pachtitis (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: P. Giatagantzidis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni ta' l-EPSO li r-rikorrent ma jitħalliex jieħu sehem fl-eżamijiet bil-miktub tal-kompetizzjoni EPSO/AD/77/06 wara r-riżultat li kiseb fl-eżami ta' ammissjoni, kif ukoll l-annullament tad-deċiżjoni ta' l-EPSO li tiċħad it-talbiet tar-rikorrent, minn naħa, għar-reviżjoni tad-deċiżjoni li ma jitħalliex jieħu sehem fl-eżamijiet bil-miktub, u, min-naħa l-oħra, sabiex jintbagħtulu ċerti dokumenti tal-kompetizzjoni.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal EPSO/5000 LM-FR/31.05.2007 u MM/dbD(07)27442/06.12.2007, kif ukoll kull att relatat;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

____________