Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammergericht Berlin (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Ġunju 2019 – proċeduri kriminali kontra NJ

(Kawża C-489/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Kammergericht Berlin (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Berlin)

Partijiet fil-proċeduri kriminali nazzjonali

Generalstaatsanwaltschaft Berlin

vs

NJ

Domanda preliminari

L-ordnijiet li tkun suġġetta għalihom prosekuzzjoni jipprekluduha milli toħroġ validament mandat ta’ arrest Ewropew 1 anki jekk din id-deċiżjoni tkun suġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju eżawrjenti qabel l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew?

____________

1     Ara, f’dan ir-rigward, id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU 2002 L 190, p. 1, rettifika fil-ĠU 2009 L 17, p. 45).