Language of document :

Appell ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2019 minn Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-6 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-209/18 – Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-613/19 P)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG (rappreżentant: C. Klawitter, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Autec AG

B’digriet tal-24 ta’ Ottubru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ċaħdet l-appell u kkundannat lill-appellanti tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________