Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fl-4 ta’ Ġunju 2019 – Kumpannija tal-assigurazzjoni b’responsabbiltà limitata “Bulstrad Vienna Insurance Group” AD vs Kumpannija tal-assigurazzjoni “Olympik”

(Kawża C-427/19)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski rayonen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kumpannija tal-assigurazzjoni b’responsabbiltà limitata “Bulstrad Vienna Insurance Group” AD

Konvenuta: Kumpannija tal-assigurazzjoni “Olympik”

Domandi preliminari

Fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 630 tal-Kodeks za zastrahovanieto (il-Kodiċi tal-assigurazzjonijiet), fid-dawl tal-Artikolu 274 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) 1 , għandu jitqies li d-deċiżjoni ta’ awtorità ta’ Stat Membru li tirtira l-liċenzja ta’ assiguratur u li taħtar stralċjarju provviżorju għal dan l-assiguratur, mingħajr ma tiftaħ proċedura ġudizzjarja ta’ stralċ, tikkostitwixxi “deċiżjoni li jibdew proċeduri ta’ stralċ”?

F’sitwazzjoni fejn id-dritt tal-Istat Membru fejn jinsab l-uffiċċju rreġistrat tal-assiguratur li l-liċenzja tiegħu tkun ġiet irtirata u li għalih ikun inħatar stralċjarju provviżorju jipprevedi li, fil-każ li jinħatar stralċjarju provviżorju għandhom jiġu sospiżi l-proċeduri ġudizzjarji kollha kontra din il-kumpannija, dawn ir-regoli għandhom jiġu applikati mill-qrati tal-Istati Membri jekk dan ma jkunx previst espliċitament fid-dritt nazzjonali tagħhom, u dan bis-saħħa tal-Artikolu 274 tad-Direttiva 2009/138?

____________

1     ĠU 2009, L 335, p. 1, u rettifiki fil-ĠU 2014, L 219, p. 66, u fil-ĠU 2016, L 262, p. 34.