Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social nº 3 de Barcelona (Spanja) fid-9 ta’ Marzu 2020 – YJ vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)

(Kawża C-130/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social nº 3 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: YJ

Konvenut: Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)

Domanda preliminari

Dispożizzjoni bħall-Artikolu 60(4) tal-Ley General de la Seguridad Social (il-Liġi Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali), li teskludi mill-benefiċċju tas-suppliment tal-maternità n-nisa li jirtiraw volontarjament b’mod antiċipat, għall-kuntrarju ta’ dawk li jirtiraw volontarjament fl-età normali tal-irtirar, jew li jirtiraw b’mod antiċipat, iżda minħabba l-attività eżerċitata matul il-ħajja professjonali tagħhom, minħabba diżabbiltà, jew għaliex ikunu waqfu jaħdmu qabel ma jkunu rtiraw għal raġunijiet li ma jistgħux jiġu attribwiti lilhom, tista’ titqies bħala diskriminazzjoni diretta fis-sens tad-Direttiva 79/7 1 ?

____________

1     Direttiva tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1978 dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 215)