Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-82/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni dwar it-trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni tar-rikorrent fl-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni li tapplika DĠI ġodda fuq l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrent

jiddikjara li l-Artikolu 9 tad-Disposizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal huwa illegali;jannulla d-deċiżjoni ta’ trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni tar-rikorrent abbażi tal-parametri speċifikati fid-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.