Rikors ippreżentat fil-15 ta' Ottubru 2010 - Massez et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja
(Kawża F-101/10)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Lieven Massez (Lussemburgu, il-Lussemburgu) u oħrajn (rappreżentanti: A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tal-istqarriji ta' regolarizzazzjoni tar-remunerazzjoni tar-rikorrenti għall-perijodu minn Lulju sa Diċembru 2009 u tal-istqarriji ta' remunerazzjoni stabbiliti mill-1 ta' Jannar 2010 fil-kuntest tal-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u aġenti oħra abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat-23 ta' Diċembru 2009.
Talbiet tar-rikorrenti
jannulla d-deċiżjoni tal-kumitat għall-ilmenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' Ġunju 2010 li tiċħad l-ilmenti tar-rikorrenti mressqa kontra l-istqarriji ta' regolarizzazzjoni tar-remunerazzjoni tagħhom għall-perijodu minn Lulju sa Diċembru 2009 u kontra l-istqarriji ta' remunerazzjoni stabbiliti mill-1 ta' Jannar 2010;
sa fejn dan ikun neċessarju, jannulla d-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja li jistabbilixxu stqarriji ta' regolarizzazzjoni tar-remunerazzjoni tar-rikorrenti għall-perijodu minn Lulju sa Diċembru 2009 u tal-istqarriji ta' remunerazzjoni stabbiliti mill-1 ta' Jannar 2010;
jikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja tħallas lir-rikorrenti l-arretrati tar-remunerazzjoni, flimkien mal-interessi moratorji;
jikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja għall-ispejjeż.
____________