Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Diċembru 2019 – Agrimotion S.A. vs ADAMA Deutschland GmbH

(Kawża C-912/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agrimotion S.A.

Konvenuta: ADAMA Deutschland GmbH

Domanda preliminari

Impriża li tqiegħed fis-suq, fl-Istat Membru ta’ introduzzjoni, prodott għall-protezzjoni tal-pjanti awtorizzat fl-Istat Membru ta’ oriġini tista’ tinvoka permess kummerċjali parallel mogħti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ introduzzjoni lil impriża terza meta kontenituri li fihom il-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jinżamm u li fihom jitqiegħed fis-suq fl-Istat Membru ta’ introduzzjoni jindikaw id-detentur tal-permess kif ukoll l-impriża importatriċi 1 ? Jekk jeżistu rekwiżiti supplimentari, liema huma?

____________

1 Konformement mal-Artikolu 52 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU 2009, L 309, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 111, p. 10).